F’riżultat sorprendenti, Napoli sofrew telfa barra minn darhom għand Como bl-iskor ta’ 2-1. B’din it-telfa Napoli baqgħu fit-tieni post b’56 punt hekk kif inqabżu minn Inter fl-ewwel post tal-klassifika b’57 punt. Como marru fil-vantaġġ wara seba’ minuti logħob meta kien Amir Rrahmani li tefa’ fix-xibka tiegħu stess għal 1-0. Napoli kisbu d-draw għaxar minuti wara permezz ta’ Giacomo Raspadori. Como skorjaw il-gowl tar-rebħa fis-77 minuta meta kien Assane Diao li kkonkluda fix-xibka għal 2-1.
Rebħa komda ta’ 5-0 għal Atalanta barra minn darhom għand Empoli. Huma fetħu l-iskor minn awto-gowl ta’ Emmanuel Gyasi, b’Mateo Retegui jirdoppja ħames minuti wara. Huma għamluhom tlieta żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima b’gowl ta’ Ademola Lookman, bl-istess plejer jirdoppjaw fil-55 minuta. Il-ħames gowl wasal fl-74 minuta minn Davide Zappacosta.
Riżultati:
Illum: Como 1907 v Napoli 2-1, H.Verona v Fiorentina 1-0, Empoli v Atalanta 0-5, Cagliari v Juventus
Għada: Roma v Monza 8.45pm