Is-serqa enormi ta’ droga li seħħet fl-għodwa tal-Ħadd qed tkompli tqajjem reazzjonijiet iebsin – aktar u aktar meta wieħed iqis li r-reżina tal-kannabis insterqet minn sit tal-armata.
Skont dak li nafu sa issa, madwar 200kg reżina tal-kannabis instabet nieqsa minn kontejner. Din id-droga kienet inqabdet, f’Ġunju 2024, iżda parti minnha kienet għadha ma nqerditx.
Fuq Facebook, il-Professur Andrew Azzopardi stqarr li wara dan il-każ, donnu ħadd m’għandu tort.
“Kbira li tinqabad dik id-droga kollha, kbira aktar li tinsteraq mill-AFM compound u terġa’ lura fis-suq – 200 kilo eh! U ħadd m’għandu tort!”, stqarr Azzopardi fuq il-midja soċjali.
Intant, il-Kap tal-PN Bernard Grech insista biex illum – fl-ewwel okkażjoni – issir seduta parlamentari li matulha tingħata spjegazzjoni u li fiha l-Oppożizzjoni jkollha l-opportunità li tagħmel il-mistoqsijiet u tilob kjarifiki mingħand il-Prim Ministru dwar dan il-każ serjissimu.
//= $special ?>