Tederick Wolf, il-plejer versatili ta’ Hibernians, rebaħ l-unur individwali għall-Ewwel Diviżjoni tal-Basketball BOV. L-Amerikan li l-istaġun li għadda lagħab mal-Mellieħa qed juri effiċjenza għolja b’perċentwali għolja ħafna mit-tiri ta’ 2 punti b’74% magħmula biex kiseb 26.33 punti kull logħba.
Il-plejer Amerikana ta’ Luxol Brandi Huffhines rebħet l-unur tal-BOV Basketball Plejer tax-Xahar fil-kategorija tan-nisa. Il-guard minn Rio Linda, Kalifornja, fl-ewwel staġun tagħha barra l-Istati qed tkun letali mid-distanza b’24 trey minn 41 tentattiv (59%) mit-total tagħha ta’ 103 punti minn 4 logħbiet matul ix-xahar.
Luke Attard ta’ Starlites kien l-aħjar plejer fil-BOV Amateur League. Starlites kienu bla telfa fit-tliet ħarġiet tagħhom matul Jannar fejn Attard kiseb 52 punt flimkien ma’ 9 rebounds u tliet assists.
It-trofej ‘custom made’ tal-BOV Basketball Plejer tax-Xahar ġew ippreżentati lir-rebbieħa minn Ernest Agius, Chief Operations Officer fil-Bank of Valletta.
L-unur tal-BOV Basketball Plejers tax-Xahar huwa kollaborazzjoni bejn il-Bank of Valletta u l-Malta Basketball Association biex tippromwovi l-eċċellenza fl-isport b’mod etiku u responsabbli.
//= $special ?>