Ir-responsabbiltà politika mhux fil-vokabolarju tal-Kabinett ta’ Robert Abela
“Għandi fiduċja assoluta fil-Ministru Camilleri, Ministru li għandu l-integrità u huwa onest.”
Sostna dan il-Ministru Clifton Grima meta kien mistoqsi mix-Shadow Minister Darren Carabott kif, fir-responsabbiltà Ministerjali għaż-żgħażagħ, jaħsibha dwar il-fatt li nsterqu 200 kilogramma reżina kannabis li issa tinsab fis-suq.
Grima spjega li żgur mhux forsi li l-Ministru Byron Camilleri ma kienx għassa mal-container hu nnifsu; logħob bil-kliem għaliex ir-responsabbiltà politika hija ferm differenti minn dik kriminali, fatt li l-Ministru Grima jaf u xtaq iqarraq.
Il-Ministru għaż-Żgħażagħ spjega li tant kemm m’għandu xejn x’jaħbi Byron Camilleri li hu rriżenja, liema riżenja l-Prim Ministru rrifjuta.
Madanakollu Ministru ma jirriżenjax biss għal ħtija kriminali, iżda wkoll għal responsabbiltà politika – riżenja li kellha tasal ġimgħat u xhur ilu frott l-iskandli numerużi taħt il-kappa Ministerjali tal-Intern waqt it-tmexxija tal-istess Camilleri.
//= $special ?>