L-iskwadri għall-emerġenzi fil-belt ta’ Marsilja rreaġixxew minnufih għall-inċident fejn il-faċċata tal-Konsulat tar-Russja ntlaqtet minn xi tagħmir li kellu jikkaġuna splużjoni. It-tagħmir, ta’ tip mhux identifikat, twaddab lejn il-bini kmieni t-Tnejn filgħodu u bir-riżultat li kkaġuna n-nirien minbarra ammont ta’ ħsara materjali.
L-awtoritajiet ma eskludewx li l-persuni responsabbli, li wkoll ma kenux identifikati, użaw il-bombi tan-nar magħrufin bħala Molotov cocktails għal din l-azzjoni… teorija li qed jikkuntestaw il-Pulizija ta’ Bouches-du-Rhône, bl-investigazzjonijiet jibqgħu għaddejjin anki bis-sehem tal-bomb disposal units.
Ma rriżultaw l-ebda midruba fl-azzjoni, iżda l-membri tal-istaff tal-Konsulat spiċċaw suġġetti għall-kundizzjonijiet ta’ ‘lockdown’ għal żmien temporanju.
Il-Ministeru Russu għall-Affarijiet Barranin, sadanittant, ħareġ stqarrija fejn qal li l-inċident kellu ‘l-marki kollha ta’ attakk terroristiku’ waqt li insista għal ‘investigazzjoni sħiħa’ min-naħa tal-awtoritajiet Franċiżi.
//= $special ?>