Lokali

Il-Gvern iniżżel lil Malta fl-aħħar post fl-UE fl-Indiċi tal-kwalità tal-ħajja

Il-Gvern ta’ Robert Abela, niżżel lil pajjiżna fl-aħħar post fl-Unjoni Ewropea fl-indiċi tal-kwalità tal-ħajja – cioè, Malta għandha l-agħar kwalità tal-ħajja meta kkumparata mal-kumplament tal-pajjiżi Ewropej.

L-indiċi ppubblikati f’Jannar tas-sena l-ġdida juru, li pajjiżna jinsab fl-aħħar post fil-lista ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea meta wieħed jikkunsidra l-kwalità tal-ħajja.

Dan l-indiċi jiġi wara tħabbira ta’ budget, li skont il-Gvern ta’ Abela huwa wieħed ta’ kwalità. Iżda, l-indiċi huwa ċar: pajjiżna għandu l-agħar kwalità tal-ħajja fl-Unjoni Ewropea.