Fi stqarrija, il-kumitat tal-Malta Football Coaches Association ikkundannat il-kummenti tal-President ta’ Pembroke Athleta Alex Calleja, liema kummenti saru fuq il-media soċjali fil-konfront tal-Head Coach ta’ Pembroke FC Nursery.
Fl-istqarrija il-kumitat stqarr li żewġ partijiet jistgħu ma jaqblux bejniethom pero qatt m’għandu jkun hemm dawn il-kummenti dispreġjattivi, speċjalment lejn il-coaches . L-istqarrija tal-MFCA qalet li l-President qal li “n-nuqqas ta’ suċċess fin-Nursery huwa tort tal-head coach, fejn stqarr li meta juri t-tattiċi tiegħu lill-coaches oħra, dawn jibdew jidħku.” L-MFCA sostniet li ma tistax tifhem kif kritika bħal din ma kinitx diskussa bejn il-partijiet ikkonċernati, minflok ma nkitbu l-kummenti pubblikament fuq il-media soċjali.
//= $special ?>