Internazzjonali

Il-President Metsola tindirizza summit speċjali fit-tielet anniversarju mill-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna

“Magħqudin biex l-Ukrajna tikseb il-libertà u jkun hemm paċi dejjiema għall-Ewropa u d-dinja”.

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet lill-President Zelensky u lill-poplu tal-Ukrajna li l-kunċett li min għandu l-iżjed saħħa jagħmel li jrid mhux se jiddefinixxi mod ġdid ta’ kif għandha timxi id-dinja. “L-Ewropa dejjem se tfittex il-paċi, iżda għandha tkun ġusta, reali u b’mod dinjituż.”

Waqt li kienet qed tindirizza lill-mexxejja internazzjonali f’summit speċjali fil-jum li d-dinja mmarkat tliet snin mill-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna, il-President Metsola ddikjarat issa huwa ż-żmien li nibqgħu ffukati fuq l-għan finali: “libertà għall-Ukrajna u paċi dejjiema għall-Ewropa u d-dinja.”

Il-President Metsola stqarret li l-jiem u l-ġimgħat li ġejjin se jsawru l-futur tagħna – “mhux bil-kliem, iżda permezz tal-azzjonijiet li nieħdu proprju hawn fl-Ewropa.”

Temmet li l-Parlament Ewropew ilu magħqud mill-ewwel jum u se jibqa’ jappoġġja lill-Ukrajna sa ma jkollha paċi dejjiema.