Sport Sport Ieħor

Isebelle Sisu bit-tieni suċċess infila u f’Malta fil-finali Premier

Minn Kenneth Vella

Misjuqa minn Nathaniel Barbara, l-Iżvediża Isabelle Sisu rebħet it-tiġrija ewlenija li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet il-finali tal-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din għamlet parti mill-ħames laqgħa tal-istaġun fuq disa’ tiġrijiet kollha tat-trott.

Ħdax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Premier. Isabelle Sisu (Nathaniel Barbara) ħiedet fil-pass fl-aħħar metri biex ħadet it-tieni rebħa konsekuttiva u minn daqstant dehriet f’Malta. Dan minn Favori De L’Iton (Ivan Stivala) u Eden De L’Iton (Clint Vassallo). Frappe Fort (Jesmar Gafa’) daħal warajhom f’dik l-ordni. Intant ir-rebbieħa kellha medja ta’ 1.15.1” fil-kilometru.

Fi tmiem il-finali Jesmond Aquilina, il-President tal-Kunsill Reġonali tan-Nofsinhar ippremja lil Nathaniel Barbara u lil Stephen Mifsud, is-sewwieq u s-sid rispettivament tad-debba rebbieħa.

Il-laqgħa nkludiet ukoll iż-żewġ semifinali mill-kampjonat Assikura tal-klassi Gold fuq distanza qasira. Dawn it-tnejn intrebħu mis-sewwieq Jesmar Gafa’ permezz ta’ Rampant li ħa t-tieni rebħa konsekuttiva u b’Carbonfiber li akkwistat ukoll it-tieni rebħa tas-sena.

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Caporal De Larre (P. Galea) Ħin – 2.46” (1.17.6”) 2. Jaguar Spirit (D. Debono) 3. Ila D’Or Du Vinois (R. Gatt) 4. Instant De Beaum (N. Barbara)

II Tiġrija. Heat Tazza San Franġisk Gain Equine Nutrition. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Oro Doc (C. Caruana) Ħin – 2.46” (1.17.4”) 2. Invite De Star (J. Zahra) 3. Isseo De Nappes (D. Debono) 4. Kalina Castelle (Ch. Gauci)

III Tiġrija. Heat Tazza San Franġisk Gain Equine Nutrition. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Head Over Heels (F. Mallia) Ħin – 2.45.8” (1.17.5”) 2. King Of Terrail (Ch. Camilleri) 3. Ivanhoe De Retz (W. Cutajar) 4. Invictus Boy (C. Vassallo)

IV Tiġrija. Heat Tazza San Franġisk Gain Equine Nutrition. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Hartist Griff (R. Gatt) Ħin – 2.45.7” (1.17.4”) 2. Drole de Destin (Sh. Gauci) 3. Ernest Des Angles (Ch. Gauci) 4. Elvis Des Pignes (A. Cassar)

V Tiġrija. Heat Tazza San Franġisk Gain Equine Nutrition. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Idoline (R. Gatt) Ħin – 2.44.8” (1.17”) 2. Hendy D’Auberville (Ch. Camilleri) 3. Influx Du Parc (R. Briffa) 4. Rose Lloyd (D. Farrugia)

VI Tiġrija. Semi Finali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Rampant (J. Gafa’) Ħin – 2.42.2” (1.15.8”) 2. Surf N’Turf (C. Calleja) 3. Awesome Kronos (N. Baldacchino) 4. Cruise (P. Galea)

VII Tiġrija. Semi Finali Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Carbonfiber (J. Gafa’) Ħin – 2.41.9” (1.15.7”) 2. Summerrazz (P. Galea) 3. Concerto Star (R. Gatt) 4. Dynamic La Borie (A. Abela)

VIII Tiġrija. Finali Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Isabelle Sisu (N. Barbara) Ħin – 2.40.7” (1.15.1”) 2. Favori De l’Iton (I. Stivala) 3. Eden de L’Iton (C. Vassallo) 4. Frappe Fort (J. Gafa’)

IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. No Pressure (K. Galea) Ħin – 2.44.4’ (1.16.9”) 2. Hattusa (K. Sciberras) 3. Dreams Happen (P. Galea) 4. Arachis P.R. (D. Casha)