Internazzjonali

Kien lejl ta’ mistrieħ għall-Papa Franġisku

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

Il-Vatikan ikkonferma li għalkemm il-Papa għadu f’qagħda kritika, hu jinstab stabbli. U l-lejl li għadda kien wieħed trankwill.

Dan huwa l-ħdax-il jum tal-Papa fl-isptar Gemelli, hekk kif ħafna huma ferm imħassba bil-kundizzjoni tas-saħħa tiegħu.

It-tobba qed jgħidu li għalkemm in-nifs jinsab stabbli, qed jinnotaw xi problemi fil-fwied.

Il-Kap tal-Knisja Kattolika għandu 88 sena, u Bergoglio għadu qed jingħata assistenza respiratorja.