L-Eks Ministru tat-Turiżmu, Clayton Bartolo, ma weġibx dwar il-fatt li Robert Abela xeħtu ‘l barra mill-Kabinett u saħanistra mill-grupp parlamentari Laburista iżda qed jagħżel li jżomm lill-Ministru Byron Camilleri.
It-Tnejn filgħodu Net News staqsa lil Clayton Bartolo – li issa huwa membru parlamentari indipendenti, dwar il-ħsibijiet tiegħu wara din il-mossa ta’ Robert Abela. Speċjalment wara li l-Prim Ministru ħareġ għonqu totalment għal Byron Camilleri.
Fl-aħħar sigħat sar magħruf li nsterqu 200 kilogramma ta’ droga minn maħżen f’Ħal Safi li jaqa’ taħt l-armata – 200 kilogramma droga li kienet taħt is-sorveljanza tal-Forzi Armati ta’ Malta, u li fis-suq għandha valur ta’ miljuni ta’ ewro.
Fid-dawl ta’ dan il-fatt, il-Ħadd stess, il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri issosspenda lill-Brigadier tal-Armata, Clinton J O’Neill. Iżda Abela… ma laqax ir-riżenja tal-Ministru, u żammu miegħu fil-Kabinett.
//= $special ?>