Kummerċ Lokali

McDonald’s jerġa’ jiftaħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara rinnovazzjoni

It-tim ta’ McDonald’s huwa lest biex jerġa’ jilqa’ l-klijenti fir-ristorant tal-Ajruport
Internazzjonali ta’ Malta, wara proċess ta’ rinnovazzjoni sħiħa. Ir-ristorant ngħata dehra
kompletament ġdida u hu ddisinjat biex jakkomoda aktar konsumaturi, għandu 12-il kjosk
fejn wieħed jista’ jordna direttament, u McCafe modernizzat, għal esperjenza aktar komda u
konvenjenti.

Ir-ristorant ta’ McDonald’s fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, li oriġinarjament infetaħ fl-1996, huwa wieħed mill-favoriti mal-konsumaturi. Fil-fatt, dan kien nominat bħala wieħed mill-aqwa ristoranti tal-McDonald’s madwar id-dinja, fejn is-sena li għaddiet ikklassifika fost l-aqwa għoxrin, fost 40,000 post f’120 pajjiż.

Dan l-investiment ta’ €1.27mijun huwa l-ewwel wieħed imwettaq fl-2025 minn Premier
Restaurants Malta, kumpanija li hija s-sid tal-liċenzja għall-iżvilupp ta’ McDonald’s f’Malta,
hekk kif din id-ditta tkompli tattira aktar konsumaturi, u twassal għal espansjoni ulterjuri.

Peter Hili, Direttur Maniġerjali ta’ Premier Restaurants Malta, qal: “Hekk kif qed niċċelebraw
it-30 sena ta’ McDonald’s f’Malta, ninsabu ferm kuntenti li qed nilqgħu lill-konsumaturi fir-ristorant tagħna fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, li issa ngħata dehra ġdida. B’disinn
kontemporanju, użu aħjar tal-ispazju u aktar innovazzjonijiet ta’ McDonald’s biex wieħed
jordna faċilment, qed naħdmu bis-saħħa kollha biex inżommu l-pożizzjoni tagħna bħala
wieħed mill-aqwa 20 ristoranti McDonald’s madwar id-dinja.”

It-titjib fid-Drive-Thru se jkompli jtejjeb il-veloċità tas-servizz, filwaqt li l-kjosks issa jinkludu
wkoll il-prodotti tal-McCafe, u l-MOP (Mobile Ordering Point) se jipprovdi konvenjenza
saħansitra akbar, billi jippermetti ġbir minn fuq il-bankina. B’tim dedikat ta’ 112-il impjegat li
jaħdem il-ġurnata kollha, 365 jum fis-sena, ir-ristorant jibqa’ joffri servizz eċċezzjonali blaqwa valur, u jiżgura li kull klijent iħossu tajjeb u jkollu esperjenza tal-aqwa kwalità.

Biex jiċċelebra dan il-ftuħ, McDonald’s qed joffri promozzjonijiet u offerti esklussivi.