Il-kantanta veterana Roberta Flack, waħda mill-pijunieri tal-mużika soul u R&B, mietet fl-età ta’ 88 sena u bħalissa qed isirulha l-eloġji minn diversi kantanti u esponenti mużikali oħrajn fl-Istati Uniti u madwar id-dinja – kantanti li fi tfulithom kienu influwenzati ħafna mit-talenti mużikali ta’ Flack.
L-akbar suċċessi ta’ Roberta Flack huma l-kanzunetti ‘Killing Me Softly With His Song’ – fost l-aktar kanzunetti famużi ta’ kull żmien u li kienet l-ixprun għal diversi cover-versions minn kantanti differenti – u ‘The First Time Ever I Saw Your Face’.
Robera Flack, li twieldet f’North Carolina, bdiet il-karriera bħala pjanista tal-mużika klassika – u fejn anki kienet tgħallem il-mużika.
Intant, hi, tul is-snin kellha tkun fost l-ewwel protagonisti fl-evoluzzjoni tal-R&B bħala ġeneru mużikali. Hi kienet anki rikonoxxuta bi premjijiet minn kull qasam tal-industrija tal-mużika kontemporanja u sakemm hi, fl-2022, ħabbret li ma setgħetx tkompli tkanta minħabba li kienet qed tbati bl-effetti tal-motor neurone disease.
//= $special ?>