Lokali

Angelo Gafà ifarfar fuq ir-Reġistratur tal-Qorti

Qed jingħad illi d-droga misruqa għandha valur fis-suq ta’ madwar sitt mitt elf ewro. U kienet parti minn sejba ta’ erba’ tunnellati u 300 kilo reżina tal-kannabis li nstabu moħbija fi fran industrijali li kienu stivati f’kontejner fil-Freeport.

Id-droga kienet f’kontejner li kien tniżżel Malta wara li wasal mill-Marokk, u kien se jitgħabba fuq vapur ieħor għal Tripli.

Dwar dan il-każ serju, Net News stqasa direttament lill-Kummissarju Angelo Gafa’ – li pront, farfar fuq ir-Reġistratur tal-Qorti.

Kien il-Ħadd għall-ħabta tat-3am, meta skont il-Pulizija …. kienu infurmati li kien ġie sgassat kontejner li kien jinsab fil-proprjetà tal-Forzi Armati ta’ Malta, f’Ħal Safi.

Il-Pulizija marret fil-post, fejn irriżulta li l-kontejner kellu s-siġġilli maqtugħin, u madwar 200kg reżina tal-kannabis kienet insterqet mill-istess kontejner.

Fl-istqarrija, il-Korp ma tax aktar dettalji tad-dinamika tal-każ, għalkemm jidher li l-post kien mgħasses b’cameras tas-CCTV.