Lokali

Appelli sabiex jinstab Jose Angel Rojas Murcia wara li vvjaġġa lejn Malta fuq xogħol

Qraba u ħbieb ta’ Jose Angel Rojas Murcia, Kolombjan ta’ 27 sena, qed jagħmlu appelli sabiex jinstab u jerġgħu jagħmlu kuntatt maż-żagħżugħ.

Iż-żagħżugħ jidher li vvjaġġa lejn Malta biex jibda jgħix u jaħdem f’pajjiżna. Iżda, għal xi raġuni, il-ġenituri tiegħu ilhom fuq sena ma jisimgħu mingħandu.

B’hekk qed isiru appelli biex jekk wieħed għandu xi informazzjoni jgħadduha lilhom sabiex jerġa’ jkun hemm kuntatt bejn iż-żewġ partijiet.s