24 siegha, wara li qal li ma jistax jitkellem dwar is-serqa ta’ 226kg droga, il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa indirizza lill-ġurnalisti fid-Depot, fejn qal li ġew arrestati 8 persuni bil-Kumissarju Gafa ma jweġibx jekk fost dawk arrestati kienx hemm Uffiċjali Pubbliċi.
Kien il-Ħadd għall-ħabta tat-3am, meta skont il-Pulizija kienu infurmati li kien ġie sgassat kontejner li kien jinsab fil-proprjetà tal-Forzi Armati ta’ Malta, f’Ħal Safi. Madanakollu l-Kummissarju tal-Pulizija ma weġibx jekk is-serqa kienetix saret f’dak il-jum jew jiem qabel
Il-Pulizija marret fil-post, fejn irriżulta li l-kontejner kellu s-siġġilli maqtugħin, u madwar 200kg reżina tal-kannabis kienet insterqet mill-istess kontejner. Mistoqsi jekk l-filmati tas-CCTVS ġew elevati il-Kumissarju ħarab mill-mistoqsija, filwaqt li mill-gdid reġa farfar fuq ir-reġistratu rtal-Qorti meata mistoqsi għalfejn il-kontejner tad-droga ma baqax il-Headquaters tad-Depot.
Il-Kummissarju Gafa ma weġibx lanqas meta se jitressqu it-8 persuni arrestati dan filwaqt li qal li 58kg droga ġiet misjuba.
