Internazzjonali

Franza skandalizzata…. Eks-kirurgu akkużat bl-abbuż tat-tfal fost is-snin ta’ prattika

Il-poplu Franċiż  qed isegwi b’interess kbir l-iżviluppi tal-akbar proċess tal-qorti li qatt sar f’dan il-pajjiż u li hu relatat mal-abbuż tat-tfal …Proċess fejn l-imputat hu anzjan ta’ 74 sena, eks-kirirgu, li hu akkużat b’li abbuża l-mijiet tal-pazjenti, li fil-parti kbira nett kienu minorenni.

L-akkużat, Joel Le Scouarnec, ammetta fil-qorti li kien wettaq ‘l-azzjonijiet despikabbli’ filwaqt li esprima dispjaċir ‘għat-tbatija tal-allegati vittmi’ tul il-ħafna snin ta’ prattika.

Joel Le Scouarnec qed ikun akkużat dwar l-aggrediment jew stupru ta’ madwar 300 pazjent u meta l-maġġoranza assoluta tal-każi kienu seħħew bejn l-1989 u l-2014. Ħafna mill-każi allegati ta’ stupru seħħew fir-reġjun ta’ Britanny, bil-Qorti tisma’ li l-maġġoranza kbira tal-vittmi ta’ Le Scouarnec kellhom anqas minn 15-il sena.

Fl-ewwel jum tal-proċess, fil-belt ta’ Vanne, Le Scouarnec, waqt li kien qed jindirizza lill-qorti , stqarr li ‘ jaf sew dwar il-ħsara li hu kkaġuna lil dawn in-nies u li ħallew impatt irreparabbli’.

Dan meta l-iżgħar fost l-allegati vittmi tal-eks-kirurgu kienet tarbija ta’ sena u bl-akbar vittma tal-abbuż tissemma bħala anzjana ta’ 70 sena.