Lokali

Il-Kabinett jappoġġja d-deċiżjoni li Byron Camilleri jinżamm Ministru

Il-Kabinett tal-Ministri esprima l-fiduċja sħiħa tiegħu fid-deċiżjoni tal-Prim Ministru li ma jaċċettax ir-riżenja tal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri.

Dan ifisser li minflok tinġarr responsabbiltà politika, Byron Camilleri se jinżamm fil-Kabinett.

Fi stqarrija, il-Gvern qal illi Camilleri dejjem qeda l-irwol tiegħu b’korrettezza u integrità. Iżda fl-ebda mument ma saret referenza għal-lista twila ta’ skandli li hemm involut fihom l-istess Ministru.

“Il-Gvern iħares ’il quddiem għall-konklużjonijiet tal-inkjesta amministrattiva sabiex jiġu stabbiliti l-fatti li seħħew f’dan il-każ u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapport.”