“Id-distakk bejn il-fqir u s-sinjur qed jikber, u l-Gvern Laburista qed ikun insensittiv lejn din il-kwistjoni”.
Dan intqal f’editorjal fil-Malta Independent, fejn intqal li l-Gvern Laburista mhux qiegħed jagħmel biżżejjed biex jiġġieled l-isfidi tal-għoli tal-ħajja li qed jaffaċċjaw ammont kbir ta’ Maltin.
Dan l-editorjal spjega kif il-Partit Nazzjonalista qed imexxi ‘l quddiem għadd ta’ proposti li deteminat illi jitwettqu meta jiġi elett, inkluż li ma jintaxxawx il-COLA – xi ħaġa li l-Gvern Laburista rrifjuta jagħmel.
L-editur fakkar kif f’konferenza tal-aħbarijiet li saret riċentament, il-Partit Nazzjonalista preżenta trolley mimli oġġetti li l-familji jixtru kuljum. Il-prodotti li għażlu kienu l-istess oġġetti msemmijin fix-“shopping list” li kienu ppublikaw il-General Workers Union fil-gazzetta tagħhom L-Orizzont fl-2020. Il-Partit Nazzjonalista sostna li x-xirja żdiedet b’37% f’5 snin.
U minkejja li żdiedu l-prezzijiet, il-pagi u l-pensjonijiet m’għolewx bl-istess persentaġġ. U għalhekk, ħafna persuni qed ibatu ħafna biex ilaħħqu mal-ħajja.
Apparti minn hekk, il-kunflitt fl-Ukrajna u l-effetti tal-pandemija wkoll ikkawżaw żieda fl-inflazzjoni, iżda minkejja li dawn l-effetti taffew ftit… il-familji xorta qed ibatu.
L-editorjal fakkar ukoll kif l-iskema tal-Gvern “Stabbilita” intemmet f’Ottubru li għadda u ma ġietx imġedda. U dan ukoll affetwa xi prezzijiet.
L-editorjal faħħar l-inizjattivi li ħa l-Partit Nazzjonalista. U sostna li l-Gvern għandu jieħu nota ta’ x’qed jiġri, għax il-poplu Malti qed ibati kawża tal-insensivitta’ fit-tmexxija ta’ Kastilja.