Lokali Parlament

Il-PN bi proposti effettivi dwar is-saħħa sesswali

Graziella Attard Previ, PN

Ix-Shadow Minister għall-Ugwaljanza, il-Libertajiet Ċivili u d-Drittijiet tat-Tfal Graziella Attard Previ qalet fl-Aġġornament tal-parlament li li l-PN ressaq diversi proposti effettivi dwar is-saħħa sesswali.

Graziella Attard Previ qalet li f’Diċembru l-gvern ħareġ stqarrija dwar is-saħħa sesswali; liema strateġija ħarġet tard wisq. Il-PN għamel reazzjoni għal din l-istrateġija, li għandha ħafna punti validi iżda għandi diversi nuqqasijiet fosthom dwar id-definizzjoni tas-saħħa sesswali.

L-istrateġija tal-gvern tħalli barra persuni b’diżabbiltà, persuni bi bżonnijiet ta’ saħħa mentali u persuni li ġejjin minn diversi kategoriji. Fl-2021 Malta kienet dikjarat bħala l-aktar pajjiż fl-UE fejn instabu persuni bl-HIV bħala persentaġġ tal-popolazzjoni. Mill-2011 il-każ ta’ HIV irduppjaw waqt li żviluppaw problemi ta’ Syphilis.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-awtoritajiet huma obbligati li jnaqqsu r-riskju u kompliet li jeħtieġ iktar miżuri effettivi biex it-tixrid tal-mard ikun kontrollat.

Il-PN ippropona li l-medicina DoxyPrep u DoxyPep li tittieħed regolarment minn persuni gay u trans. B’din il-mediċina jitnaqqas sew ir-risku ta’ mard sesswali u għalhekk din hi miżura proattiva, sostniet id-deputat Nazzjonalista.