Għawdex Lokali Sport

IL-KAŻ TA’ TIXĦIM F’GĦAWDEX: Tnejn sospiżi mill-futbol għal għomorhom

Il-Malta Football Association tażva illi l-Bord għall-Investigazzjoni ta’ Allegazzjonijiet dwar Tixħim fil-Football, it-Tlieta 25 ta’ Frar, bagħat  jinforma lis-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni bid-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-istess Bord fir-rigward ta’ proċeduri kontra Manwel Xerri, Qala Saints FC u Leonard Camilleri. Is-Segretarju Ġenerali bgħatet tinforma bid-deċiżjoni lill-partijiet konċernanti u permezz ta’ din l-istqarrija qed tiġi ppublikata l-parti finali tad-deċiżjonijiet.

Fl-ewwel deċiżjoni, fl-ismijiet ‘MFA vs Manwel Xerri u Qala Saints FC’, il-Bord iddeċieda kif ġej: “To declare, strictly on the basis of a balance of probabilities, Mr Xerri guilty of the corrupt act or practice perpetrated by the same Mr Xerri, inter alia in terms of Article 2 and Article 3 of the Regulations; To suspend Mr Xerri for life, in terms of Article 6 (ii) (a) of the Regulations, save what is stated under Article 6(ii)(b); To declare the Club not guilty of all the charges adduced against it.”

Inoltre’ fit-tieni deċiżjoni, fl-ismijiet ‘MFA vs Leonard Camilleri’, il-Bord iddeċieda kif ġej: “To declare, strictly on the basis of a balance of probabilities, Mr Camilleri guilty of the corrupt act or practice, inter alia in terms of Article 2 and Article 3 of the Regulations: To suspend Mr Camilleri for life, in terms of Article 6(ii)(a) of the Regulations, save what is stated under Article 6(ii)(b)”.

Illi a bażi tar-Regolamenti (Section IX Disciplinary Procedures and Sanctions) id-deċiżjonijiet meħuda huma suġġett għal appell.

Il-Malta Football Association tavża illi din l-informazzjoni diġa’ għaddiet lill-Bord Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni u lil Gozo Football Association u li f’dan l-istadju mhux se jsiru aktar kummenti ġaladarba l-każ huwa sub-judice.

Goalkeeper offrut job mal-Gvern: Id-driver ta’ Clint Camilleri jinqabad f’recording implikat f’każ ta’ korruzzjoni fil-futbol – NETnews