L-Istati Uniti darbtejn appoġġjat lir-Russja waqt il-voti li ttieħdu fin-Nazzjonijiet Uniti biex jimmarkaw it-tielet anniversarju tal-invażjoni tal-Ukrajna….Sitwazzjoni li mill-ġdid indikat li Donald Trump qed ikompli jitbiegħed mill-Ewropa fost id-dispożizzjoni biex jaċċetta l-pożizzjoni ta’ Moska fir-rigward tal-gwerra fl-artijiet Ukreni.
Fl-ewwel vot, l-Istati Uniti opponiet riżoluzzjoni mressqa mill-Ewropa biex tikkundanna l-azzjonijiet aggressivi tar-Russja filwaqt li tappoġġja l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Il-vot, waqt l-Assemblea Ġenerali tan-NU fi New York, kien anki oppost minn pajjiżi oħra bħall-Belarus u l-Korea ta’ Fuq komunista.
Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, intant, għadda r-riżoluzzjoni, iżda r-Renju Unit u Franza – żewġ Alleati kbar ta’ Washington — astjenew wara li ma waslu mkien l-isforzi tagħhom biex jinbidel il-kliem tar-riżoluzzjoni, minħabba d-dritt tal-veto.
L-Istati Unit, imbagħad, ressqet abbozz ta’ riżoluzzjoni ieħor fil-Kunsill tas-Sigurtà u li sejjaħ għat-tmiem tal-konflitt fl-Ukrajna mingħajr imqar kelma waħda ta’ kritika għar-Russja. L-Amerikani, fl-istess ħin, ivvutaw favur din ir-riżoluzzjoni f’azzjoni li, bla dubju, issodisfat ħafna lit-Tmexxija fil-Kremlin.
//= $special ?>