Lokali Parlament

Jeħtieġ tiddaħħal mentalità sportiva fl-istrutturi kollha

David Agius, PN

Ix-Shadow Minister għall-Fondi Ewropej u Sport David Agius qal fl-Aġġornament li jeħtieġ tiddaħħal mentalità sportiva fl-istrutturi kollha.

Hu tkellem war l-isport u żied li fil-pajjiż hawn Regolatur tal-Isports fejn issa hemm nies li għax ikunu l-whsitleblower, min imexxi din l-organizzazzjoni jiddikjara li se jagħmel investigazzjoni dwarhom. Jeħtieġ li tingħata saħħa lil min jitkellem u għalhekk għandhom jissaħħu l-istituzzjonijiet; mill-isport sal-organizzazzjonijiet kontra d-droga. Jeħtieġ ukoll li tintrefa’ r-responsabbiltà.

Hu appella biex l-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isports tkun immexxija b’integrità. Wara 50 sena ta’ B’Kara St.Joseph, issa dawn għalqu u qisu xejn mhu xejn fil-pajjiż. Dan seħħ minħabba l-burokrazija u l-ispejjeż li hawn fil-pajjiż, liema spejjeż jaqtgħu in-nifs tal-isportivi.

Jeħtieġ li l-motor sports ikollu prijorità fil-pajjiż għaliex fuq it-rakka x-xogħol kien wieqaf. Kemm se jiswa x-xogħol fuq it-trakka? Kemm huma l-miljuni involuti? X’qed jiġri fl-isparar u fil-Bidnija? X’inhi l-problema fix-Shooting Range?, staqsa David Agius.

Hu kompla li fil-ġinnastika hemm problemi għalkemm issa jidher li se jkun hemm xi forma ta’ soluzzjoni. David Agius kompla li hemm ħafna li jrid isir fosthom dwar Għawdex minħabba li la hemm fejn issir l-atletika u m’hemm l-ebda dettalji dwar il-pool. L-MFA għandha serħan il-moħħ dwar l-iżvilupp propost minħabba l-art li għandha?

Il-PN qed jagħti importanza massima lill-isport tant li Gvern Nazzjonalista ġdid joħloq Ministeru għall-Isport waqt li l-isport ikun fil-kurrikulum tal-istudenti.

Hu tratta l-proposti li qed jagħmel il-PN fosthom li jrid ikun hemm qafas legali għall-coaches, jinbena kumpless dedikat għall-futsal, titneħħa t-taxxa mill-part-time fl-isport, jiżdiedu l-istipendji għall-istudenti fis-settur, żewġ persuni jkunu assenjati mal-għaqdiet sportivi, il-gvern iħallas 20% tal-ispejjeż meta l-atleti jsiefru, jinbena velodrone għaċ-ċiklisti, jinbnew tliet villaġġi sportivi fil-Marsa, l-Università u Ta’ Qali u fuq kollox tiddaħħal mentalità sportiva. Dan waqt li Malta timmira li tirbaħ midalja Olimpika f’perjodu ta’ bejn erba’ u tmien snin oħra.

Id-deputat Nazzjonaista qal li għandu jkun hemm speċjalizzjoni fuq il-para olimpjadi u l-ispecial olymiups. Hu sellem lill-atleti li għamlu suċċess fl-isport.

David Agius qal li 200 kilogramma ta’ droga li jitilqu minn taħt il-ħarsien tal-Forzi Armati Maltin (FAM) huma problema u sostna li hi r-responsabbiltà tad-deputati li jiġbdu l-attenzjoni ta’ kulħadd biex is-soċjetà tkun protetta bl-aktar mod qawwi.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li fil-parlament d-deputati għandu jkollhom vuċi u ħalq l-Oppożizzjoni m’għandux jingħalaq. Din hi ċirkostanza gravi li fiha 200 kilogramma droga ħarbet minn taħt idejn l-awtoritajiet, sostna David Agius, li kompla li l-pajjiż għandu probema kbira ta’ droga.