Fi PROFILI tal-lejla fuq Net TV se nkunu qed niltaqgħu ma’ Pawlu Testa. Pawlu Testa, għalkemm ma jħobbx jitla’ fuq il-palk, permezz tiegħu, jitla’ ħafna talent fuq il-palk speċjalment fil-perjodu tal-Milied – bil-pantomima tibqa’ assoċjata ma’ isem Pawlu.

Fi PROFILI Pawlu Testa se jkun qed aqsam l-esperjenzi sbieħ fl-oqsma li tagħmel parti, it-tfulija u l-aħħar xogħlijiet fuq il-palk. Is-suċċess kbir, imma wkoll kemm drabi il-profil kellu msarnu f’saqajh qabel xi spettaklu.
“Wara ftit jiem Londra, kont infaqt kollox, imnalla kelli l-qraba hemmhekk, għax ħadu ħsiebi huma”
Il-ġrajjiet u l-episodji li sawru lil Pawlu se jkunu qed jispikkaw mhux ftit, bil-karattru tal-profil se jkun qed itina siegħa wirja tiegħu nnifsu.
PROFILI, illejla fit-8.30pm fuq NET TV, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Gail Mallia.
Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.
//= $special ?>