L-Isqof Malti għal Benghazi, Sandro Overend Rigillo qies l-inawgurazzjoni ta’ stadium ġdid internazzjonali f’Benghazi bħala sens ta’ tama, komunjoni, u ħbiberija wara li fil-passat il-pajjiż kien mimli sofferenzi għall-poplu Libjan.
L-inawgurazzjoni saret nhar il-Ħamis fejn għaliha attendew madwar 40,000 persuna.
L-Isqof Overend Rigillo kien mistieden għal din l-inawgurazzjoni fejn f’kumment ma’ Net News huwa ttama li dan il-pass importanti għax-xena sportiva twassal biex titwarrab kull diviżjoni li qed iġġerraħ lil popli sħaħ.
“L-isport jista’ jgħina nimxu miż-żminijiet koroh li kellna fil-passat.”

