Raġel ta’ 57 sena talab flus għad-droga mingħand oħtu u s-sieħeb tagħha u spara pistola lejn is-saqaf biex heddidhom meta rrifjutaw dak li kien talabhom, ħareġ fil-Qorti t-Tlieta. Il-Maġistrat Abigail Critien semgħet lir-raġel iwieġeb mhux ħati ta’ fastidju fuq oħtu ta’ 66 sena, li ġegħla tibża’ minnu u aggredixxa lis-sieħeb tagħha.
L-allegat inċident seħħ nhar il-Ħadd għall-ħabta tas-1.40pm fid-dar ġewwa Ħaż-Żebbuġ fejn kienu joqogħdu lkoll. L-akkużat, li ismu mhux qed jiġi ppubblikat biex jipproteġi lil oħtu, inżamm taħt arrest preventiv.
Huwa kien rappreżentat mill-avukat tal-għajnuna legali Alexia Vassallo, filwaqt li l-avukat Roberta Bonello Felice dehret għall-vittmi. L-ispetturi tal-pulizija Sherona Buhagiar u James Mallia mexxew il-prosekuzzjoni.
//= $special ?>