Malta Public Transport se tkun qed topera servizzi speċjali għall-Karnival tan-Nadur bejn il-Ġimgħa, 28 ta’ Frar, u l-Ħadd, 2 ta’ Marzu, biex jiffaċilitaw l-ivvjaġġar bit-trasport pubbliku għal dawk li se jattendu għal dan l-avveniment popolari f’Għawdex.
Nhar il-Ġimgħa, se jsir servizz dirett bejn ir-Rabat u n-Nadur kull 30 minuta mill-20:00 sa 00:00. Se jopera wkoll servizz ta’ shuttle bejn il-Port tal-Imġarr u n-Nadur ma’ kull vjaġġ tal-vapur skedat, inklużi vjaġġ bil-vapur addizzjonali, mis-19:00 sa 00:00. Servizzi speċjali se jitilqu min-Nadur fis-01:00, u se jservu diversi lokalitajiet madwar Għawdex.
Nhar is-Sibt, is-servizz dirett bejn ir-Rabat u n-Nadur se jibda kull 15-il minuta mill-20:00 sa 00:00. Is-shuttle service mill-Port tal-Imġarr se jopera bl-istess skeda bħal tal-ġurnata ta’ qabel. Is-servizzi speċjali se jitilqu min-Nadur fis-01:00 u 02:30.
Nhar il-Ħadd, is-servizz dirett bejn ir-Rabat u n-Nadur se jibda kull 30 minuta mit-20:00 sa 23:00. Servizzi speċjali min-Nadur lejn il-lokalitajiet kollha jitilqu f’00:00.
Id-detenturi kollha ta’ Tallinja Card personalizzati jistgħu jivvjaġġaw mingħajr ħlas fi vjaġġi ta’ matul il-Jum, bil-Lejl, u Servizzi Speċjali. Biljetti fi flus kontanti ta’ €3 għal kull passiġġier se jkunu disponibbli biex jinxtraw mill-magna tal-biljetti tal-linja għall-passiġġieri mingħajr Tallinja Card valida. In-nollijiet għar-rotot Tallinja Direct huma ta’ €3.00 għal pagamenti bi flus kontanti abbord u €1.50 meta tuża Tallinja Card personalizzata.
Għal aktar informazzjoni u skedi dettaljati, tista żżur www.publictransport.com.mt/en/news-details/nadur-carnival-2025.
//= $special ?>