Il-każ tad-droga li insterqet fis-satra tal-lejl fis-sigħat bikrin tal-Ħadd qed tkompli toħloq pressjoni enormi fuq il-Prim Ministru. Dan hekk kif issa, Robert Abela qed jgħid illi fil-verità l-Ministru Byron Camilleri ma rriżenjax.
Din il-konfużjoni inħolqot wara li lbieraħ filgħaxija l-Parlament kellu jiġi sospiż ħames darbiet minħabba li l-Gvern irrifjuta li jsir dibattitu dwar din it-tema urġenti u sensittiva.
Ma’ Net News, Robert Abela qal li hu għandu fiduċja f’Byron Camilleri. Skont hu, il-Ministru ma rriżenjax. Dan minkejja li Byron Camilleri stess, il-Ħadd, iddikjara li ta r-riżenja tiegħu lill-Prim Ministru.
Intant, matul il-jum, il-Ministru tal-Intern ma tfaċċa imkien – la fil-Ministeru u lanqas għas-seduta Parlamentari.
Meta affaċjat minn Net News, il-Prim Ministru baqa’ ma qalx fejn jinsab il-Ministru Camilleri wara li inżamm moħbi għal ġurnata sħiħa, u lanqas biss kien preżenti fil-Parlament.
//= $special ?>