Tliet persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku
lbieraħ.
L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tas-14:15, fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa, meta għal xi raġuni mara ta’ 50 sena u residenti r-Rabat, Għawdex, tilfet il-kontroll tat-Toyota Ractis li kienet qed issuq u baqgħet dieħla f’arblutad-dawl. Magħha fil-vettura kien hemm ukoll raġel ta’ 29 sena li jgħix ir-Rabat, Għawdex.
It-tieni inċident ġara għal xi 23:45, fi Triq il-Kappillan Mifsud, il-Ħamrun fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 23 sena u joqgħod Santa Venera, kien sofra xi ġrieħi wara li allegatament, waqt li kien qed isuq mutur tal-għamla Suzuki, intlaqat minn vettura li baqgħet sejra.
Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u l-persuni kollha ttieħdu l-isptar b’ambulanza
għall-kura medika. Aktar tard, il-mara u x-xufier tal-mutur ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi, filwaqt li r-raġel l-ieħor ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>