Il-preżentatur Jon Mallia żvela każ xokkanti ta’ għalliema li din il-ġimgħa ġiet imwissija mill-iskola fejn taħdem – eżatt wara li qasmet l-opinjonijiet tagħha fuq it-televiżjoni fil-programm tiegħu.
Jidher li dan il-każ seħħ illum, għalkemm il-Ministeru tal-Edukazzjoni ma qal xejn dwar il-fatti kif ġraw.
Skont Mallia, din l-għalliema kienet waħda minn dawk li ppreżentat kritika ġustifikata fuq is-sistema edukattiva. U ma ddejqet xejn titkellem fil-peżenza tal-Ministru tal-Edukazzjoni Clifton Grima.
Dan huwa dak li kiteb il-preżentatur Jon Mallia:
Illum għalliema li tkellmet gewwa il-Każin issejhet fl-ufficju tas-surmast biex titwiddeb.
Nibda billi nuri solidarjetà assoluta u determinata ma’ din il-persuna.
Inkompli billi nistqarr li jien dejjem bgħatt ‘l uliedi fl-iskejjel tal-istat għax mill-għalliema tagħna dejjem rajt qalb kbira. M’għandi xejn ħlief għozza u ammirazzjoni għalikom ilkoll.
Li tiċċanfar persuna li aħna lkoll nafdaw bil-formazzjoni ta’ wliedna għax tkellmet is-sew, imur kontra l-prinċipji demokratiċi li fuqhom huwa mibni dan il-pajjiż.
Żied ma’ dan, li l-clip rawh 215k ruħ f’temp ta’ 5 t’ijiem.
Xi jgħidilna dan?
Li dak li qed jipperturba lil din l-għalliema, qiegħed jinkwieta lil ħafna oħrajn. Forsi anke lill-maġġoranza tal-ġenituri u t-tfal. Din l-għalliema għamlet sew li tkellmet. Din l-għalliema u l-għalliema l-oħrajn huma dawk li jistgħu jagħtuna l-aktar informazzjoni preċiża dwar il-qagħda tal-klassijiet.
Din l-għalliema ma kellhiex titwiddeb… iżda kellha tingħata r-riżorsi kollha biex tkun parti mis-soluzzjoni.
//= $special ?>