Internazzjonali

Il-ftehim bejn Iżrael u l-Hamas għadu qed iżomm

Jirriżulta li Iżrael u l-Hamas sabu soluzzjoni wara li kien hemm xi intoppi fil-liberazzjoni ta’ 600 prigunier Palestinjan.

Iżrael kien ippospona l-ħelsien ta’ dawn il-priġunieri minħabba li kienu mħassba dwar kif il-Hamas kienu ttrattaw lill-ostaġġi Iżraeljani.

Madanakollu, issa jingħad li dawn il-priġunieri ser jinħelsu fi żmien qasir.

Il-grupp Hamas, f’dikjarazzjoni li ħarġu, ikkonfermaw li laħqu ftehim biex jilliberaw priġunieri flimkien mal-katavri tal-ostaggi.

Intant, Steve Witkoff li hu mibgħut mill-Istati Uniti fil-Lvant Nofsani, bħalissa qed jivvjaġġa fir-reġjun biex jgħin fin-negozjati fuq il-fażi li jmiss tal-ftehim.

Il-ħelsien ta’ dawn il-priġunieri u l-ostaggi jagħmlu parti minn ftehim ta’ waqfien mill-ġlied li għandu jwassal għall-ħelsien tal-ostaggi u priġunieri kollha filwaqt li jkun hemm waqfien permanenti mill-kunflitt.