Eve Borg Bonello, PN
Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni se tispiċċa qabel tibda għaliex bil-liġi dwar l-inkjesti il-maġistrati se jkollhom idejhom marbuta, iċ-ċittadini ma jkollhomx drittijiet u l-investigazzjonijiet se jkunu manipualti.
Dan sostnietu x-Shadow Minister għat-Tibdil fil-Klima u l-Indafa Pubblika Eve Borg Bonello li qalet li l-gvern għadu responsabbli għall-qtil taċ-ċitatdini tiegħu fosthom Daphne Caruana Galizia u sostniet li l-gvern għandu jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta Daphne Caruana Galizia.
Minflok għamel dan, il-gvern irid jinsa l-oblbigu li jsewwi l-ġustizzja talli l-gvern qed jilleġiżla b’liġi li se toħnoq is-saltna tad-dritt u l-ġustizzja fil-pajjiż.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-inkjesti maġisterjali jippreservaw l-evidenza u żied li gvenrijiet korrotti jibżgħu mill-investigazzjonijiet. Hu l-poplu li hu l-vittma tal-korruzzjoni, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li issa l-gvern Laburista inqabad u ma jridx li l-ministri jkunu invetsigati.
Eve Borg Bonello kompliet li l-gvern ħakem kull istituzzjoni tal-ġustizzja biex ikun jista’ jibqa’ jitħanżer fis-serenità. Gvern Laburista jrid jimblokka l-inkjesti maġisterjali fejn il-maġistrati kienu jinvestigaw bla xkiel; iżda issa dan il-proċess se jinbidel.
Il-poter issa se jmur għand il-Kummissarju tal-Pulizija u wara jrid jistenna sitt xhur biex iressaq l-każ quddiem maġistrat; sistema ikkreata biex tfalli. Il-provi huam xogħol il-maġistrat u mhux xogħol il-maġistrat, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li f’każi kumplessi bħall-ħasil ta’ flus, it-terminu ta’ sentejn mhuwiex biżżejjed għaliex mhemmx opportunità ta’ estenzjoni. Il-gvern irid iwaqqaf ukoll l-inkjesti li għadhom għaddejjin, sostniet Eve Borg Bonello.
//= $special ?>