Graziella Galea, PN
Ix-Shadow Minister għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Graziella Galea qalet fil-parlament li bil-liġi dwar l-inkjesti, il-gvern qed jhedded id-drittijiet taċ-ċittadini.
Graziella Galea qalet li l-gvern qed jhedded id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadin u attakk fuq il-libertà u l-ġustizzja taċ-ċittadini Maltin. Hi kompliet li din hi liġi li se tnaqqas l-interessi taċ-ċittadini għaliex mhijiex ta’ ġid għaċ-ċittadini Maltin.
Il-gvern irid jimxi b’dittatorjat u jrid jagħlaq ħalq iċ-ċittadin. Issa l-gvern se jkun qed jagħmilha diffiċli ferm li ċ-ċittadini jitolbu inkjesta maġisterjali. Gvern ġdid Nazzjonalista se jagħti lura d-drittijiet li qed joħodlu Gvern Laburista.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li din il-proposta ma kinitx fil-programm elettorali tal-PL u spjegat ir-rewkiżiti meħtieġ biex tinfetaħ inkjesta u trattat id-diffikultajiet li se jollu ċ-ċittadin privat biex issa jiftaħ inkjesta. Fost dawn hemm li l-ewwel iċ-ċittadin irid imur għand il-Kummissarju tal-Pulizija.
Kieku dan iseħħ permezz ta’ din il-liġ, f’Malta ma kinux jinfetħu l-inkjesti dwar l-isptarijiet u l-Electrogas fost l-oħrajn. B’din il-liġi, il-maġistrati mhux se jkunu jistgħu jiftħu l-inkjesti iżda se jkun il-Kummissarju tal-Pulizija li se jiftaħ l-inkjesti.
Graziella Galea qalet li l-Kummissarju tal-Pulizija hu appuntat mill-Prim Ministru li issa sse jkun qed jieħu l-poter minn idejn il-maġistrati u jgħaddihom għand il-Kummissarju tal-Pulizija li jista’ jkun suġġett għall-pressjoni politika kif seħħ.
Wara sitt xhur jistenna ċ-ċittadin jista’ jagħmel rikros quddiem imħallef iżda jrid ikun iċ-ċittadin li jiġbor il-provi daqs li kieku tkun saret inkjesta. Dan meta ċ-ċittadin m’għandux l-awtorità biex jikseb il-provi.
Iċ-ċittadin mhux se jkollu dritt ta’ appell u se jkun immultat jekk ma jkunx hemm il-provi biżżejjed. Se jkun hemm ukoll terminu massimu ta’ sentejn biex tingħalaq inkjesta, qalet id-deputat Nazzjonalista, li tkellmet favur li l-inkjesti ma jdumux ħafna iżda ma jistax ikun hemm limitu ta’ sentjen fuq inkjesta.
Il-PN qed jippropona li jkun hemm żieda fir-riżorsi tal-ġudikatura, sostniet Graziella Galea, li kkritikat ukoll il-fatt li din il-liġi se tidħol b’mod retroattiv.
//= $special ?>