Il-Papa Franġisku qatta’ jum ieħor trankwill fl-isptar Ġemelli, u għadu jinsab f’kundizzjoni stabbli.
L-aħħar aġġornament dwar is-saħħa tal-Papa, ippubblikat il-Ħamis, jindika li l-kundizzjoni klinika tiegħu tibqa’ kritika iżda stabbli… minħabba li m’hemmx problemi respiratorji serji.
Jirriżulta li l-Papa għamel CT scan sabiex it-tobba jibqgħu jsegwu l-kundizzjoni tiegħu. U filgħodu, wara li rċieva l-Ewkaristija l-Papa kompla b’xi impenji.
Il-Papa Franġisku kien iddaħħal l-isptar fl-14 ta’ Frar wara li sofra minn bronkite li aktar tard żviluppat fi pneumonia.
//= $special ?>