Lokali Parlament

Il-PL kien qabel mal-emendi tal-Gvern Nazzjonalista fl-2006 dwar l-inkjesti; issa ħareġ kontrihom

Ryan Callus, PN

Ix-Shadow Minister għall-Enerġija, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Ryan Callus qal fil-parlament li meta kien fl-Oppożizzjoni, il-PL kien qabel mal-emendi tal-Gvern Nazzjonalista fl-2006 dwar l-inkjesti iżda issa qed jopponiehom.

Ryan Callus qal li l-qorti hi l-aħħar pilastru li jiffunzjona f’dan il-pajjiż u spjega kif inkjesti maġesterjali jibdew permezz tal-investigazzjonijiet tal-pulizija u permezz ta’ talba miċ-ċittadin.

Hu sostna li hemm rekwiżiti diversi beix tinfetaħ inkejsta maġisterjali fejn ikunu iridu jissemmew l-ismijiet tal-persuni suspettati, ikunu indikati r-reati involuti u il-persuna suspettata tkun notifkata bir-rikors u din tista’ tippreżenta d-difiża tagħha.

Jekk it-tlaba għal inkejsta tintlaqa’ hemm id-dritt tal-persuna suspettata li tippreżenta appell quddiem il-Qorti Kriminali. Iċ-ċittadin li jressaq din it-talba jrid juri biss li r-reat in kwsjotni jġorr miegħu tliet snin ta’ priġunerija u li s-suġġett materjali tar-reat għadu jeżisti.

Iċ-ċittadin normali m’għandux l-obbligu li jippreżenta l-provi lill-maġistrat, sostna Ryan Callus, li qal li l-Oppożizzjoni Laburista ta’ dak iż-żmien kienet qablet ma’ proposti l tressqu dwr l-inkjesti. Fl-2006 Gvern Nazzjonalista kien ressaq emendi li wħud minnhom kienu mressqa mill-Oppożizzjoni tant li dawn l-emendi għaddew unanimament.

Ryan Callus qal li l-Gvern Laburista jrid ineħħi d-dritt li jsir l-appell u għalhekk din hi liġi rigressiva. Hu spjega li issa l-gvern irid li ċ-ċittadin ma jkunx jista jippreżenta talba lill-maġistrat iżda jrid imur għand il-Kummissarju tal-Pulizija; din hi sfiduċja fil-ġudikatura. Wara sitt xhur iċ-ċittadin ikun jista’ jagħmel rikors quddiem il-maġistrat jekk ma ssirx inkjesta. Issa ċittadin jrid jkun hu li jippreżenta l-provi.

Id-deputat Nazzjonalista kompla dan hu gvern ki iktrar moħħu biex jara l-interess tal-korrotti milli tal-poplu Malti kif stipulat il-qorti. Hu sostna li jekk jirriżulta li jekk jinstab li m’hemmx bażi għal inkjesta, min jagħmel it-talba jridu jitħallsu l-multi.

Hemm ukoll it-terminu ta’ sentejn massimu ta’ inkjesta, sostna Ryan Callus, li spjega li dawn huma kollha sintomi ta’ gvern li jibża.’ Li kien għal dan il-gvern, l-inkjesti dwar l-isptarijiet u dwar l-Electrogas ma sarux u l-isptarijiet għadhom għand il-frodisti li serqu l-isptarijiet lill-poplu Malti.

Ryan Callus qal li l-Kummissarju kkonfermali nqabdu 85% tad-droga misruqa mill-FAM iżda għall-Kummissarju, il-pulizija rnexxielhom isolvu dan il-każ meta żewġ terzi tad-droga li għadha ma nstabitx.

Hu sellem lill-Monsinjur Victor Grech li kieku għadu ħaj kien żgur ikun dispjaċut b’dak li seħħ f’dawn il-jumejn. Filwaqt li l-gvern irid ineħħi d-dritt tal-inkjesti liċ-ċittadin, il-Prim Ministru żammu d-dritt tal-inkjesti amministrattivi kif għamel fil-każ tas-serqa tad-droga mill-FAM. Hu qal li Gvern Nazzjonalista ġdid jerġa’ jagħti dan id-dritt liċ-ċittadini Maltin.