Raġel tpoġġa taħt probation għal tliet snin wara li ammetta li aggredixxa u weġġa’ ħafif lil martu fid-dar tagħhom f’San Pawl il-Baħar. Ir-raġel ta’ 39 sena, imwieled il-Maċedonja u residenti San Pawl il-Baħar, ammetta li nhar it-Tnejn għall-ħabta tal-5.30pm aggredixxa, hedded u weġġa’ ħafif lil martu u li kkaġunalha biża’ u li hedded u aggredixxa lill-kunjati.
Il-Maġistrat Leonard Caruana poġġa lir-raġel fuq ordni ta’ kura ta’ tliet snin biex jindirizza l-problemi tiegħu dwar l-alkoħol u l-logħob tal-azzard. L-ismijiet mhux qed jiġu ppubblikati biex jipproteġu lill-vittmi. Il-maġistrat ħareġ ordni ta’ protezzjoni fejn jorbtu u ma jersaqx lejn il-vittmi.
Jista’, madankollu, javviċina lil martu dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-kura u l-kustodja ta’ binhom.
L-Ispettur tal-Pulizija Omar Zammit mexxa l-prosekuzzjoni filwaqt li l-avukat Jacob Magri deher għall-akkużat.
//= $special ?>