Basketball Sport

Kampjonat BOV Irġiel: Luxol Sherries Estates jirbħu kontra Sigma Depiro wara l-ħin barrani

(Ritratt: Elton Sant)

Colin Schembri

Athleta AtoZ……………….83

Starlites JSD……………….102

(12-28)(14-24)(32-25)(25-25)

Starlites fetħu tajjeb ħafna u żammew ritmu tul il-partita kollha li finalment rahom joħorġu b’rebħa oħra fuq Athleta dan l-istaġun. Athleta offrew reżistenza minkejja li kienu mingħajr l-aqwa skorer tagħhom Kurt James. Kienu Starlites li bdew l-aħjar meta għamlu run ta’ 11-2 bi trippla ta’ Ben Curran. Athleta kellhom risposta minn Maxwell Amoafo u għal xi ħin wieġbu għall-punti tal-avversarji. Starlites għaddew biex għamlu run oħra ta’ 11-2 bi trippla ta’ Kurt Xuereb għal skor ta’ 28-12. Fit-tieni taqsima kien hemm id-debutt mat-team tal-kbar tal-player ta’ Starlites Aleks Sultana. Athleta kellhom trippla minn Caleb Matthews però minn naħa tagħhom ic-champions kellhom sensiela ta’ three pointers fosthom minn Ian Felice Pace, Miguel Fabri u Curran biex daħlu jistrieħu 52-26 minn fuq.

Wara l-intervall, Starlites kabbru l-vantaġġ għal 30 punt 59-29 qabel ma Andre Bozanic wieġeb b’żewġ trippli għall-Athleta. Athleta għaddew minn mument posittiv bi break ta’ 13-2 bi trippli minn Juan Cefai u Gabriel Cassar però Starlites kienu għadhom 77-58 minn fuq fi tmiem il-perjodu. Fl-aħħar sessjoni Starlites fetħu bi trippla ta’ Kai Fabri u komplew bill-punti ta’ Trevon Reddish. Athleta kellhom risposta minn Luca Borg bi trippla u tnejn oħra ta’ Matthews. Starlites għaqqdu l-mitt punt bil-punti ta’ Matthew Scerri bil-partita tagħlaq bit-tieni trippla ta’ Borg għal skor finali ta’ 102-83.

Athleta AtoZ: K. Fabri, R. Vitale 4, A. Garcia, C. Matthews 28, E. Abela, K. James, M. Spiteri, A. Bozanic 12, L. Borg 6, J. Cefai 5, M. Amoafo 21, G. Cassar 7.

Starlites JSD:  B. Curran 19, S. Aquilina, A. Aquilina , K. Fabri 8, I. Felice Pace 12, M. Fabri 16, M. Scerri 13, C. Paul 15, K. Xuereb 4, N. Sultana, A. Sultana, T. Reddish 13.

Referees: Fiorentina Ciurariu, Nicky Azzopardi, Miguel De Flavia

Valletta Lions…………..64

Starlites JSD……………..78

(15-22)(19-25)(17-14)(13-17)

Starlites JSD kisbu t-tnax –il rebħa fil-kampjonat meta għelbu lil Valletta Lions 78-64. Mal-lista ta’ players neqsin għal Valletta kien nieqes ukoll Myles Carter fil-waqt li Eric Terry lagħab bla taħriġ hekk kif jinsab ma jiflaħx. Starlites kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom li jumejn qabel waslet sal-finali tan-Knock-out. Starlites ħadu l-ewwel vantaġġ 9-2 wara trippla minn Ben Curran u punti ta’ Ian Felice Pace u Ian Felice Pace. Valletta wieġbu bi trippla ta’ Piotr Stelmach u baskets minn Nikola Vasovic. L-iskor kompla tiela bi trippla fuq kull naħa bit-taqsima tintemm bi trippla ta’ Miguel Fabri għal skor ta’ 22-15. Valletta resqu viċin fil-ftuħ tat-tieni sessjoni bi trippla oħra ta’ Stelmach però Starlites wieġbu b’disa’ punti mingħajr risposta kważi kollha minn Curran flimkien ma’ Kurt Xuereb. Wara aktar trippli minn Vasovic u Felice Pace, Valletta għamlu run ta’ 9-2 biex waslu sa’ basket ‘l bogħod 34-36. Hawn però Starlites għamlu tlett trippli konsekuttivi minn Felice Pace, Matthew Scerri u Andrew Aquilina flimkien ma’ basket minn Trevon Reddish biex daħlu jistrieħu 47-34 minn fuq.  Wara l-intervall kien hemm aktar punti minn Paul u Felice Pace għal Starlites. Għal Valletta kien hemm risposta minn Serge Hamparsoumian flimkien ma’ trippla ta’ Francesco Mifsud Bonnici. Sa’ tmiem it-taqsima d-distakk reġa’ niżel għal 10 punti bi Starlites fuq quddiem 61-51. L-aħħar taqsima kienet maqsuma bejn iż-żewġ timijiet. Starlites għamlu run ta’ 14-0 bi trippli ta’ Kai Fabri u Xuereb punti ta’ Reddish biex marru 75-51 minn fuq. L-aħħar erba’ minuti tal-logħba kienu f’idejn Valletta li għamlu l-iskor aktar rispettabli fost l-oħrajn bi trippli ta’ Vasovic u Vincic u punti konsekuttivi ta’ Hamparsoumian hekk kif Starlites ħarġu rebbieħa 78-64.

Valletta Lions: N. Grech, F. Mifsud Bonnici 9, N. Da Silva, P. Stelmach 19, S. Hamparsoumian  15, D. Schembri, N. Vasovic 15, S. Vincic 6, E. Terry.

Starlites JSD: B. Curran 13, S. Aquilina, A. Aquilina 6, K. Fabri 8, I. Felice Pace 15, M. Fabri 3, M. Scerri 12, C. Paul 4, K. Xuereb 7, N. Sultana, T. Reddish 10.

Referees: Bernard Vassallo, Nicky Azzopardi, Miguel De Flavia

Luxol Sherries Estates……….80

Sigma Depiro…………………….77

(22-9)(11-18)(17-22)(17-18)(13-10)

Luxol Sherres Estates għelbu lil Sigma Depiro 80-77 fi tmiem ta’ partita mill-isbaħ li kellha tmur għall-ħin barrani. Luxol kellhom bidu qawwi però Depiro wettqu rimonta qawwija u saħansitra fetħu vantaġġ ta’ 7 punti fl-aħħar taqsima li però ġiet newtraliżata minn Luxol fl-aħħar ftit minuti. Kollox jindika li l-konfront bejn Valletta u Depiro tal-Ħamis 6 ta’ Marzu se jkun deċisiv għall-aħħar post li fadal għal play-offs. Iż-żewġ timijiet kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom hekk kif għal Depiro deher l-Amerikan Julio Giuty li kien ma’ Sasha Dimitrijevic fi żmien li kien coach tal-Athleta. Għalissa però irid jistenna li jkun reġistrat biex jieħu sehem fl-aktar parti kruċjali tal-istaġun. Luxol fetħu bl-aħjar mod meta għamlu disa’ punti mingħajr risposta fl-ewwel minuta u nofs bil-coach ta’ Depiro kostrett jagħjjat time-out kmieni. Luxol komplew jiddominaw it-taqsima meta kellhom it-trippli ta’ Vukassin Jandric u Darron Howard u fetħu vantaġġ ta’ 17 –il punt 21-4. Hawn Depiro rkupraw xi ftit bi trippla ta’ David Bugeja però Luxol temmew is-sessjoni 22-9 minn fuq. Fit-tieni perjodu Luxol kellhom il-punti ta’ Howard u Nathan Xuereb biex baqgħu 14 minn fuq 28-14. Depiro kellhom mument tajjeb meta għamlu run ta’ 11-2 bi trippla ta’ Brandon Porter u punti minn Luca Stefanovic u Nikola Bozovic biex naqqsu d-distakk għal 4 punti 25-29. Luxol irkupraw b’erba’ punti konsekuttivi minn Nenad Bukva u Howard biex fl-intervall kienu 33-27 minn fuq.

Fit-tielet taqsima, Luxol dehru li se jerġgħu jieħdu kontroll tal-partita meta grazzi għat-trippli ta’ Howard reġgħu marru 12 -il punt minn fuq 45-33. Depiro kellhom ħsibijiet oħra hekk kif għamlu run ta’ 11-0 bil-punti ta’ Bugeja u Porter. Luxol wieġbu bil-punti ta’ Caleb Mccrary u Jandric qabel ma Depiro għalqu t-taqsima bi trippla ta’ Bugeja u basket ta’ Mccrary għal skor ta’ 49-50. L-aħħar sessjoni fetħet bi trippla fuq kull naħa bid-Depiro jkomplu bi 8 punti mingħajr risposta biex marru fuq quddiem għall-ewwel darba. Luxol wieġbu b’żewġ baskets minn Howard però punti konsekuttivi minn Cornelis ħallew lil Depiro fuq quddiem 65-58.Luxol ma ċedews u għamlu 9 punti mingħajr risposta bi trippli minn Howard u Xuereb. Porter għamel l-iskor indaqs bl-aħħar blalen ta’ Luxol minn Howard u Mccrary ma jidħlux biex il-partita marret fil-ħin barrani fuq skor ta 67-67. Hawn iż-żewġ timijiet wieġbu għal diversi drabi lil xulxin għalkemm Luxol kellhom it-trippli minn Jandric u Howard bl-Amerikan jagħmel l-aħħar żewġ free-throws bid-Depiro ma rnexxielhomx jiskurjaw fl-aħħar attakk biex Luxol ħarġu rebbieħa 80-77.

Luxol Sherries Estates: D. Howard 34, A. Azzopardi, I. Azzopardi, V. Jandric 21, JP Schembri, N. Xuereb 10, N. Bukva 5, C. Jones Mccrary 10, M. Matijevic, S. Cappello, N. Djakovic.

Sigma Depiro: S. Galea, D. Bugeja 16, N. Bozovic 10, N. Zivkovic, L. Stefanovic 2, A. Trapani, D. Tomasi, B. Porter 29, M. Brincat 5, C. Cornelius 15, M. Debattista

Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Fiorentina Ciurariu

Athleta AtoZ………….67

Hibernians…………….80

(18-14)(23-18)(11-29)(15-19)

Athleta AtoZ għamlu l-aħħar dehra tagħhom għal dan l-istaġun kontra Hibernians. Kien staġun ta’ transizzjoni għall-Athleta b’introduzzjoni ta’ diversi players żgħażagħ u f’xi waqtiet sfortunat b’injuries fit-tul fosthom ta’ Isaac Bonett li ma ħa sehem fl-ebda partita tul l-istaġun. Il-coach ta’ Hibs serraħ lill-Amerikani Tederick Wolfe u Derek Brown ftit ġranet qabel il-finali tan-Knock-out fil-waqt li anke l-player Ivan Demcesen baqa’ fuq il-bank. L-ewwel taqsima offriet erba’ trippli minn Neil Cassar u Matthew Gouder għal Hibs u Luca Borg u Caleb Matthews għall-Athleta. Athleta kellhom ukoll run ta’ 9-0 lejn tmiem is-sessjoni li rebħuha 18-14. L-andament tlal-partita baqa’ l-istess fit-tieni perjodu fejn Athleta żammew il-vantaġġ tagħhom. Luca Borg kellhu tlett trippli oħra għalkemm Hibs kellhom risposta minn Luke Farrugia, Anton Axiaq u Stefan Simic fost l-oħrajn. Athleta għalqu t-taqsima bl-istess mod li bih temmew l-ewwel waħda hekk kif għamlu run ta’ 10-0 bi trippli ta’ Robert Vitale u Borg għal skor ta’ 41-32.

Fit-tielet sessjoni, kien hemm run ta’ 11-0 minn Hibs li rathom jaqilbu l-iskor favur tagħhom fejn fost l-oħrajn kien hemm il-punti ta’ Gouder, Matthew Attard u Axiaq.Athleta wieġbu il-punti ta’ Matthews u Gabriel Cassar bil-Hibs jagħlqu s-sessjoni bi trippli minn Luke Farrugia u Miguel Mallia għal skor ta’ 61-52. Fl-aħħar taqsima kien hemm run oħra ta’ 11-0 minn Hibs hekk kif kien diversi sostituzzjonijiet fuq iż-żewġ naħat hekk kif Hibs rebħu l-partita 80-67.

Athleta AtoZ: K. Fabri , R. Vitale 7, A. Garzia, C. Matthews 16, E. Abela, M. Spiteri 5, A. Bozanic 4, L. Borg 14, J. Cefai 3, M. Amoafo 13, G. Cassar 5.

Hibernians: N. Cassar 19, P. Attard 5, L. Attard, L. Farrugia 7, V. Kustodija 3, A. Axiaq 11, M. Gouder 8, M. Attard 10, T. Gjurovski,  M. Mallia 10, I. Demcesen, S. Simic 7.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Fiorentina Ciurariu,Miguel De Flavia