Fi stqarrija l-Malta Union of Teachers saħqet li huwa inaċċettabli li l-edukaturi b’xi mod jew ieħor jiġu mwiddba għas-sempliċi raġuni li jesprimu l-oppinjoni personali tagħhom.
Din b’reazzjoni għal dak li żvela l-preżentatur Jon Mallia – wara li saħaq li edukatriċi ġiet imwissija mis-surmast wara li marret fuq programm u kkonfrontat lil Ministru tal-edukazzjoni b’oppinjoni dwar ix-xogħol tal-edukaturi.
Huma stqarrew li mhux ser jippermettu li xi edukatur jiġi ċċensurat għaliex esprima l-oppinjoni tiegħu -speċjalment fuq is-settur edukattiv
//= $special ?>