Futbol Sport

Liverpool jiftħu vantaġġ ta’ 13-il punt f’ras il-klassifika wara li Arsenal temmew fi draw

Ritratt: EPA

Liverpool fetħu vantaġġ ta’ 13-il punt f’ras il-klassifika b’rebħa komda ta’ 2-0 f’darhom kontra Newcastle. Rebħa li tat lill-Liverpool vantaġġ komdu li dan l-istaġun se jkunu huma li jgħollu t-trofew tal-Premier League f’Mejju li ġej. Liverpool marru fil-vantaġġ fil-11 minuta meta minn pass ta’ Luis Diaz kien Dominik Szoboszlai li kkonkluda fix-xibka għal 1-0. Fit-tieni taqsima Liverpool komplew jiddominaw u kien proprju fit-63 minuta li huma rdoppjaw, meta Mohammed Salah għadda lejn Alexis Mac Allister li b’xutt mill-isbaħ għeleb lill-goalkeeper ta’ Newcastle għal 2-0.

Intant fis-City Ground Arsenal komplew iwaqqgħu iktar punti u prattikament inqatgħu mit-taqtigħa għar-rebħ tal-kampjonat bi draw ta’ mingħajr gowls kontra Nottingham Forest. B’nuqqas ta’ plejers fl-attakk Arsenal ftit li xejn kien perikolużi offensivament, b’Gabriel Maghalaes u William Saliba jżommu kwiet l-attakk formidabbli ta’ Nottingham Forest.

Riżultati: Brentford v Everton 1-1, Man Utd v Ipswich T. 3-2, Nott. Forest v Arsenal 0-0, Spurs v Man City 0-1, Liverpool v Newcasle 2-0
Għada: West Ham v Leicester 9.00pm