Raġel mill-Belt bi problema ta’ droga kien mixli li seraq flus kontanti, sigaretti, gallettini u oġġetti oħra minn ħanut f’Ħal Kirkop aktar kmieni dan ix-xahar. Josef Seychell ta’ 31 sena ġie mixli li seraq madwar €1,000 fi flus kontanti, sigaretti b’valur ta’ €2,000, decoder u gallettini mingħand Nardu, ħanut f’Ħal Kirkop.
Huwa ġie mixli wkoll li pprova jisraq u jifroda lill-Bank of Valletta, li kiser il-libertà proviżorja u li sar riċediv. Huwa wieġeb mhux ħati. L-Ispettur Doriette Cuschieri qalet lill-Maġistrat Leonard Caruana li, fit-8 ta’ Frar, il-Pulizija rċeviet rapport mingħand sid il-ħanut. Il-Pulizija ngħatat informazzjoni li xi ħadd daħal fil-ħanut mit-tieqa u seraq bejn €800 u €1,000 fi flus kontanti, €2,000 sigaretti, gallettini u decoder.
Filmati CCTV urew li, ftit qabel, il-persuna li daħlet fil-ħanut kienet użat ATM tal-BOV fil-viċin. Il-Pulizija kisbet informazzjoni mill-bank u dan wassal għall-arrest tal-akkużat. Huwa nżamm arrestat wara li l-maġistrat sema’ kif kellu problema ta’ vizzju tad-droga u kien bla xogħol.
Barra minn hekk il-vittma kienet għadha ma xehditx. Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ trattament mitluba mill-prosekuzzjoni biex jindirizza l-problema tad-droga, bl-akkużat innifsu jagħti l-kunsens biex dan isir. Dan biex joqgħod għall-programm għall-perjodu ta’ sentejn biex uffiċjal tal-probation jgħinu joħroġ mill-problema tad-droga u mil-lat psikoġiku. L-Avukat Jonathan De Maria rrappreżenta lill-akkużat. L-Avukat Clive Aquilina mill-uffiċċju tal-AĠ flimkien mal-Ispettur