Bħal kull sena jsir il-Karnival fil-lokalità tal-Marsa.
Din is-sena, fis-27 ta’ Frar 2025, se jkun hemm żewġ baned Marsin u l-Big Friends Guggen Musik Band li se jkunu qed iduru madwar il-lokalità kollha.

Fis-6:00pm se tibda l-Banda ta’ Marija Reġina minn Triq Nerico Sacco, Triq Azzopardi, Triq il-Marsa, Triq Balbi sa Pjazza Trinità fi Triq is-Salib.
Fis-6:30pm se tkompli l-Banda ta’ Trinità minn Triq Stiefnu Zerafa, Triq il-Marsa, Triq Balbi sa Pjazza Trinità fi Triq is-Salib.

Fis-7:00pm, Big Friends Guggen Musik Band ser tibda minn Triq Nerico Sacco, Triq Isouard, Triq il-Marsa, Triq Balbi sa Pjazza Trinita’ fi Triq is-Salib.
Din is-sena se jkun hemm karijiet akbar, li normalment, narawhom fil-Karnival ta’ Malta biss u dawn se jkunu qed jgħaddu minn Triq is-Salib tal-Marsa u jiftħu r-renju tal-Karnival 2025.

Ser ikun hemm ukoll kompetizzjoni tal-kostum b’rigali sbieħ u shield li tinżamm għal sena.
Apparti minn hekk ser ikun hemm, ikel u xorb, perlini u prinjolata.
Ma jonqsux ukoll il-mumenti komiċi, il-ġugarelli u r-rigali, flimkien ma’ skejjel taż-żfien, u ħafna aktar.
//= $special ?>

