Lokali

Serqa minn ħanut tal-merċa f’Bormla

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tat-tlieta ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet serqa minn ħanut tal-merċa fi Triq San Pawl, Bormla.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel liebes hoodie allegatament armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera li kienet mara ta’ 30 sena.

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.

Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.

Il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.