Il-kantanta Charli XCX ġiet dikjarata bħala l-kantawtur tas-sena qabel il-Brit Awards ta’ din is-sena.
Charli XCX ilha għaxar snin fix-xena, iżda dan kien l-ewwel rikonoxximent minn naħa tal-Brit Awards.
Is-serata se ssir nhar is-Sibt li ġej, iżda r-rebħ ta’ dan l-unur diġà ġie kkonfermat.
Dan jindika li l-popstar Ingliża mistennija tiddomina l-Brit Awards… hekk kif b’kollox għandha ħames nominazzjonijiet.
Dawn jinkludu Album of the Year u Artist of the Year.
//= $special ?>