Mietet l-attriċi Michelle Trachtenberg, fl-eta ta’ 39 sena. Hija kienet magħrufa l-aktar għall-irwol tagħha f’Gossip Girl, fejn interpretat l-karattru ta’ Georgina Sparks. Hija kienet ukoll ħadet sehem f’Buffy the Vampire Slayer.
Għadu mhux magħruf x’wassal għall-mewt tagħha però l-kawża tidher li hija waħda naturali.
Trachtenberg dehret l-ewwel darba fil-film Harriet the Spy fl-1996.
//= $special ?>