Internazzjonali

Zelensky se jżur il-White House

L-Ukrajna u l-Istati Uniti qablu fuq ftehim rigward il-minerali li għandu jgħin sabiex l-Ukrajna tibda tirkupra wara l-gwerra u tinbena mill-ġdid.

L-Istati Uniti u l-Ukrajna se jaqsmu l-profitti minn dawn ir-riżorsi. Dan il-ftehim, li għandu jiġi ffirmat dalwaqt, qed jitqies pass kruċjali fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u l-Ukrajna, bil-President Zelenskyy ppjanat li jiltaqa’ mal-President Trump nhar il-Ġimgħa f’Washington.

L-Istati Uniti inizjalment talbet sehem ta’ $500 biljun mid-dħul mir-riżorsi tal-Ukrajna – somma li Zelenskyy irrifjuta. Fl-istess waqt, dan il-ftehim ma jinkludi ebda garanzija ta’ sigurtà minn naħa tal-Istati Uniti lejn l-Ukrajna.

L-amministrazzjoni ta’ Kiev kienet qed tfittex assigurazzjonijiet mill-Istati Uniti biex tipproteġi s-sovranità tagħha; iżda dawn id-dubji ma ġewx inklużi fil-ftehim.

Dan il-ftehim jista’ jwassal għal kummerċ u kooperazzjoni fit-tul bejn l-Ukrajna u l-Istati Uniti taħt il-tmexxija ta’ Trump. Filwaqt li l-ftehim juri progress, il-pajjiż xorta għadu qed jaffaċċja theddid minn naħa tar-Russja.