Lokali

17 BLACK: Li kien għal Robert Abela, l-iżvilupp li seħħ illum fil-Qorti dwar 17 Black ma kien iseħħ qatt

Li kien għal Robert Abela, l-iżvilupp li seħħ illum fil-Qorti dwar 17 Black ma kien iseħħ qatt.

Kieku hemm fis-seħħ il-liġi li jrid jgħaddi Abela, kieku dawk viċin il-Partit Laburista li jinsabu akkużati b’reati kriminali relatati mal-kumpanija 17 Black u l-iskandlu tal-powerstation tal-Electrogas mhux se jgħaddu ġuri.

Fi kliem il-Kap tal-PN Bernard Grech, bil-liġi li jrid jgħaddi Robert Abela mill-Parlament dan ma kienx jiġri għax l-inkjesta li fetħu Simon Busuttil u David Casa f’isem il-Partit Nazzjonalista ma kinux ikunu jistgħu jiftħuha.

Il-Kap tal-PN fakkar illi Abela u l-Gvern tiegħu għadhom qed jippruvaw jgħaddu din il-liġi biex jipproteġu lill-korrotti u l-kriminali, u qed jippersistu fil-Parlament biex ineħħu d-dritt taċ-ċittadini li jitolbu inkjesta maġisterjali. Konferma li turi biċ-ċar kif il-Gvern u l-Partit Laburista falla.

Fid-9 ta’ Marzu l-poplu Malti se jingħaqad magħna fil-Belt Valletta biex jipprotesta wkoll kontra Gvern li kien u għadu qed imexxi fl-interess tal-korrotti u l-kriminali.