Lokali

Alfred Sant jaqbel li l-Ministru Byron Camilleri kellu jwarrab

L-Eks Mexxej Laburista Alfred Sant indika li hu bħala Prim Ministru, kien jaċċetta r-riżenja ta’ Byron Camilleri  – mhux kif għamel Robert Abela li żammu miegħu.

F’artiklu ppubblikat illum fil-Malta Independent, Alfred Sant jinsisti li kien ikun aħjar kieku Byron Camilleri qabad u rriżenja minn Ministru. Anzi, l-Eks Mexxej Laburista jmur oltrè minn hekk, u jgħid li kull Ministru jew politiku li jingħata responsabbiltà jkun responsabbli wkoll mid-deċiżjonijiet tan-nies ta’ taħtu  – u allura, responsabbli anke mit-taħwid li jidħlu fih.

Fil-fatt, wara dan il-każ, il-Gvern issospenda lill-Brigadier tal-armata. Iżda ħadd ma ġarr xi forma ta’ responsabbiltà politika.