Kien ikun aħjar li l-Ministru Byron Camilleri offra riżenja tiegħu wara s-serqa ta’ 226kg droga mill-baracks ta’ Ħal Safi. Il-politiku għandu jġorr responsabilta politika kemm għal dak li jagħmel hu kif ukoll għal dak li jaħmel il-magħżul tiegħu f’ismu. U jekk dan ifalli, il-politiku huwa responsabbli daqsu.
Kienet din id-dikjarazzjoni li għamel l-eks Prim Ministru u Eks Mexxej tal-Partit Labursita Alfred Sant,
meta indika li hu bħala Prim Ministru, kien jaċċetta r-riżenja ta’ Byron Camilleri – mhux kif għamel Robert Abela li żammu miegħu.
Dwar ir-responsabilta poltika li għandu jġorr l-Ministru Byron Camilleri, Net News staqsa ll Ministru Michael Falzon …illi biex ikompli jiddefendi lil Ministru, qal l-oppost ta dak li kiteb l-eks Prim Ministru Alfred Sant.
Bil-Ministru Michael Falzon jgħid li l-fatt li din id-droga ġiet misruqa mill-iktar post sikur f’pajjiżna mhux nuqqas ta’ Byron Camilleri.
Michael Falzon għamel dawn id-dikjarazzjonijiet f’waħda mill-binjiet tal-Caritas fejn bosta persuni jirrikoru biex jirijabilitaw ruħhom propju mill-problema tad-droga.
//= $special ?>