Waqt attività organizzata mill-APAN, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech appella lill-anzjani u l-pensjonanti kollha biex ikomplu joffru lis-soċjetà tagħna l-valuri u l-esperjenzi tagħhom li kisbu tul is-snin.
Bernard Grech fakkar kif dan il-Gvern qed jingħata għadd ta’ soluzzjonijiet mill-PN iżda qed jagħżel li jwarrab il-pariri li qed isiru għall-ġid tal-poplu.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li l-bidla għandha tiġi minn fuq nett għaliex il-ħsara li qed issir għal pajjiżna qed issir minn dawk li qed imexxu kollox.
Hu fakkar kif gvernijiet Nazzjonalista dejjem ħadmu u rsistew favur il-poplu Malti u Għawdxi, inkluż l-introduzzjoni tal-edukazzjoni għal kull individwu. Intant, dawk preżenti appellaw biex issir iktar pressjoni sabiex ikun introdott indiċi tal-prezzijiet iddedikat għall-anzjani. Din il-proposta waslet wara li sar studju dwar il-ħtiġijiet tal-anzjani u l-ammont ta’ pensjoni li jirċievu.
Preżenti kien hemm ix-Shadow Minister, Paula Mifsud Bonnici.






Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo