Lokali Mużika

Chris Norman għall-kunċerti Summer LUST f’Ħal Għaxaq

Chris Norman, il-Vuċi oriġinali tal-grupp leġġendarju Smokie, huwa t-tieni artist għall-kunċerti Summer LUST li se jsiru fil-grounds ta’ Ħal Għaxaq f’Mejju li ġej. Chris Norman flimkien mal-band tiegħu, ser ikun qiegħed jagħti spettaklu nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Mejju.

Chris Norman ser ikun qed jagħti spettaklu ta’ siegħa u nofs fejn se jġib memorji mill-aqwa permezz tal-aqwa kanzunetti tal-grupp Smokie, fosthom Living Next Door to Alice, Needles and Pins, Oh Carol, Don’t play your rock n roll to me, I meet you at Midnight u ħafna oħrajn. Chris Norman huwa l-vuċi originali ta’ dan il-grupp li tant kiseb suċċess. Wara ammont ta’ snin, huwa kompla bil-karriera solo tiegħu fejn ta diski mill-aqwa fosthom Baby I miss you, Mexican Girl u Midnight Lady. Dawn ukoll ser jigu esebiti nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Mejju f’Ħal Għaxaq.

Id-dħul għal din is-serata huwa mingħajr ħlas filwaqt li se jinġabru donazzjonijiet b’risq Dar Bjorn. Biljetti għal postijiet bilqiegħda u VIP jistgħu jinkisbu minn www.showshappening.com.

Aktar informazzjoni fuq dan il-kunċert u fuq il-jiem l-oħra ta’ Summer LUST music festival 2025 minn fuq il-paġna facebook Summerlust – ghaxaq Music Events.

Dan il-festival qiegħed isir taħt il-patroċinju distint tal-Kunsill Malti għall-Arti u Festivals Malta.